Dr Michael Spagnol

Michael Spagnol studja l-Malti u l-Lingwistika fl-Università ta’ Malta, kiseb id-dottorat fil-Lingwistika mill-Università ta’ Konstanz, il-Ġermanja, u għamel postdottorat mal-Max Planck Institute for Evolutionary Anthropology ta’ Leipzig, il-Ġermanja. L-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu huma l-morfoloġija, il-lessikografija u d-djalettoloġija. Huwa involut f’għadd ta’ proġetti ta’ riċerka dwar it-terminoloġija, id-djaletti, u t-tradizzjoni orali. Ħa sehem f’ħafna konferenzi internazzjonali, u ppubblika bosta studji xjentifiċi f’għadd ta’ kotba u rivisti akkademiċi. Bħalissa hu l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti (2019-). Kien membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (2013-2016), u ilu mill-2013 il-Kap tal-Kumitat tat-Terminoloġija fi ħdan l-istess Kunsill. F’Jannar tal-2013 fetaħ il-paġna ta’ Facebook Kelma Kelma li tiġbor ħafna kurżitajiet lingwistiċi, u għal xi snin kien wieħed mill-organizzaturi tal-kunċerti mużiko-letterarji Kelma Kelma Nota Nota.

Michael Spagnol studies Maltese and Linguistics at the University of Malta, completed his PhD in Linguistics at the University of Konstanz, Germany, and did a postdoc at the Max Planck Institute for Evolutionary Anthropology ta’ Leipzig, Germany. His fields of specialisation are morphology, lexicography and dialectology. He works on a number of research projects on terminology, dialects, and oral traditions. He participated in numerous international conferences, and published many papers in peer-reviewed publications. He is currently Head of the Department of Maltese (2019-). He was a member of the National Council for the Maltese Language (2013-2016), and since 2013 he chairs the terminological committee within the same Council. In January 2013 he started the Facebook page Kelma Kelma, and for some years he was one of the organisers of the concerts Kelma Kelma Nota Nota.

Dr. Michael Spagnol

Kap tad-Dipartiment