Dr George Farrugia

Lettur Anzjan fid-Dipartiment tal-Malti fl-Università u jgħallem il-lingwa u l-lingwistika. Koordinatur tal-korsijiet tal-Malti Mediku li d-Dipartiment joffri lill-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mal-Gvern kif ukoll ma’ entitajiet privati. Membru fil-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti fejn okkupa diversi karigi fosthom ta’ Viċi President u Segretarju. Membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti fejn kien ukoll il-Kap tal-Kumitat Tekniku tar-Riċerka Lingwistika u l-Ortografija. Kellu sehem attiv fit-tfassil tad-dokument dwar il-varjanti ortografiċi (id-Deċiżjonijiet 1) u fid-dokument dwar il-kitba tal-kliem Ingliż fil-Malti (id-Deċiżjonijiet 2). Għallem għal bosta snin il-pedagoġija tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università u kien involut fil-programm ta’ tagħlim tal-Malti lill-Adulti u fit-tagħlim tal-Malti lill-barranin. Ta bosta korsijiet fit-tħaddim tal-lingwa Maltija lil persuni li jaħdmu f’oqsma differenti bħaċ-ċivil, kumpaniji parastatali, għalliema, ġurnalisti u tradutturi lokali kif ukoll dawk li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet Ewropej. Bejn l-2002-2003 ħadem fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu u kien il-Kap tat-taqsima lingwistika tal-Malti li ħadmet fuq il-Gwida tal-Istil u fuq il-Leġiżlazzjoni Sekondarja bil-Malti. L-aktar oqsma tar-riċerka li jinteressawh huma l-ortografija, il-ġens grammatikali, is-sessiżmu fil-lingwa, il-lingwi f’kuntatt u s-soċjolingwistika. Fost il-pubblikazzjonijiet tiegħu nsibu l-monografiji Il-Ġens Grammatikali li Jieħdu fil-Malti n-Nomi ta′ Nisel Ingliż (2003), Grammatical Gender in Maltese (2018) u Is-Sessiżmu fil-Lingwa Maltija (2020)(Editur).

George Farrugia teaches Maltese language and linguistics, and is the coordinator of the Medical Maltese courses organised by the Department of Maltese for healthcare professionals employed with the government and with private entities. He is a member of the

Dr George Farrugia

Lettur Anzjan