id-Dipartiment tal-Malti
Id-Dipartiment tal-Malti jaħdem biex iġib ’il quddiem l-istudju tal-ilsien Malti, ta’ ġrajjietu, u tal-letteratura tiegħu, bit-tagħlim u bir-riċerka. Dan jagħmlu f’għadd ta’ korsijiet li jwasslu għall-ksib tal-ewwel grad u ta’ gradi ogħla fil-Malti: B.A., B.A. (Unuri), M.A., M.Phil. u Ph.D. Minbarra l-korsijiet ta' filgħodu, id-Dipartiment tal-Malti joffri żewġ korsijiet ta’ filgħaxija, iċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi fil-Malti, bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u d-Diploma fil-Letteratura Maltija.
Barra minn hekk, jipprovdi programmi ta’ studju lil studenti minn dipartimenti, fakultajiet u istituti oħra, bħalma huma tal-Komunikazzjoni, tal-Liġi, tal-Edukazzjoni u tal-Mediċina. Jaħdem fit-tagħlim u r-riċerka tal-Malti bħala Lsien Barrani. Fl-aħħar snin żviluppa programmi fl-użu tal-Malti f’oqsma speċjalizzati, bħall-Malti għall-professjonisti mediċi, għall-ħaddiema soċjali, għall-amministraturi pubbliċi u għall-ġurnalisti u x-xandara. B’mod regolari jorganizza korsijiet fi ħdan id-DegreePlus li jkopru temi bħall-ortografija u t-tisħiħ tal-lingwa, il-kitba kreattiva, il-Malti Mediku u l-Malti Legali.
Id-Dipartiment tal-Malti beda fit-tletinijiet tas-seklu għoxrin. Il-Prof. Ġużè Aquilina bena d-dipartiment u fil-bidu ħadem tista’ tgħid waħdu fl-oqsma tal-letteratura u tal-lingwistika. Minn dak iż-żmien inbidlu ħafna l-affarijiet. Illum, għaxar letturi jgħallmu qasam jew ieħor skont l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. U d-Dipartiment tal-Malti sar wieħed mill-ikbar dipartimenti fil-Fakultà tal-Arti. Kull sena akkademika madwar 600 ruħ isegwu korsijiet organizzati mid-Dipartiment dwar il-lingwa u l-letteratura Maltija fil-livell ta’ Ċertifikat, Diploma, Baċellerat, Masters, u Dottorat.

Riċerka

Ir-riċerka li ssir fid-Dipartiment tal-Malti hi varjata sew. Biss biss, id-Dipartiment imexxi disa’ proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mir-Research Seed Fund tal-Università ta’ Malta fuq temi bħad-djaletti ta’ Malta u Għawdex, it-tradizzjoni orali, it-terminoloġija marbuta ma’ snajja’ tradizzjonali u setturi oħra tal-ħajja, u l-anliżi ta’ manuskritti qodma. Issir ikoll riċerka fuq oqsma tal-grammatika u l-ortografija tal-Malti, tal-kritika u t-teorija letterarja, u tal-Malti fl-informatika, fost l-oħrajn.
Il-letturi flimkien mal-istudenti regolarment jorganizzaw proġetti, seminars u konferenzi fuq l-istorja tal-Malti, ix-xogħlijiet tal-persunaġġi ewlenin li ħadmu b’risq il-Malti, bħal Mikiel Anton Vassalli, Agius De Soldanis, Dun Karm u Juann Mamo. Kull sena jsiru mal-25 teżi tal-Baċellerat u tal-Masters. Il-letturi jippubblikaw artikli u kotba akkademiċi, u jagħmlu taħditiet f’konferenzi f’Malta u barra. Id-Dipartiment b’mod regolari jippubblika r-rivisti akkademiċi, Journal of Maltese Studies u Riċerkaturi.
Kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra
Id-Dipartiment hu attiv ukoll ’il barra mill-Università. Jipparteċipa fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u jikkollabora mad-Direttorat tal-Edukazzjoni fil-bordijiet tal-għażla tal-kotba għall-iskejjel u fit-tmexxija konġunta ta' taħriġ professjonali għall-għalliema li jsir matul is-sena. Il-membri jaħdmu mill-qrib mal-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università stess, mal-Akkademja tal-Malti, mal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija fil-Ġermanja, mal-entitajiet tal-Unjoni Ewropea u ma’ universitajiet barranin bħall-Inalco ta’ Pariġi, l-Università ta’ Bremen u l-Beijing Foreign Studies University.
L-Għaqda tal-Malti - Università
Id-Dipartiment għandu fi ħdanu l-Għaqda tal-Malti - Università, għaqda studenteska mwaqqfa fl-1931 minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici, żewġ gradwati tal-Mediċina. L-Għaqda tilqa’ fiha studenti u gradwati minn bosta dipartimenti u fakultajiet. Tippubblika r-rivista Leħen il-Malti u torganizza proġetti, festivals, u korsijiet innovattivi, ngħidu aħna fil-kitba kreattiva. Biex tissieħeb fl-Għaqda u għal tagħrif ieħor tista’ tidħol fil-paġna tal-Għaqda fil-Facebook.

ta!h!t !G!u!z!è Aquilina la!h!aq Professur tal-Malti u tal-Istudji Orjentali
Fl-1937, [G]u[z]è Aquilina la[h]aq Professur tal-Malti u tal-Istudji Orjentali. Il-Prof. Aquilina bena d-Dipartiment tal-Malti u fil-bidu [h]adem tista’ tg?id wa?du fl-oqsma tal-Letteratura u tal-Lingwistika.

Albert Borg sar lettur tal-post mad-Dipartiment
Prof. Albert Borg sar lettur tal-post fil-qasam tal-Lingwistika

Dun Karm Sant la?aq A?ent Kap tad-Dipartiment
Dun Karm Sant la?aq A?ent Kapt tad-Dipartiment tal-Malti fl-1976 wara li rtira l-Prof. Aquilina.


Risus commodo
Id eu nisl nunc mi ipsum faucibus vitae aliquet. Fringilla urna porttitor rhoncus dolor purus non enim.


Nisi est sit amet
Metus dictum at tempor commodo ullamcorper a lacus. Eget arcu dictum varius duis at consectetur.

Justo laoreet sit
Lacus sed turpis tincidunt id aliquet. Id leo in vitae turpis. A diam maecenas sed enim.