Ilsienna

Ilsienna huwa sensiela ta’ rokniet imsejsa fuq intervisti ma’ utenti u esperti f’oqsma differenti tal-Malti u mxandra fuq TVM bejn l-2019 u l-2023. Il-format enċiklopediku tiegħu jservi kemm ta' dokumentazzjoni kif ukoll ta' riżorsa f'kuntesti oħra edukattivi u hu maqsum f'ħames taqsimiet ewlenin: il-folklor; l-istorja u l-lingwa; il-letteratura; l-arti u l-kreattività; u l-edukazzjoni.

Ilsienna huwa programm ta’ TVM bi produzzjoni eżekuttiva ta’ iVision Media House, b'direzzjoni teknika u produzzjoni ta' Alan Paul Mizzi, kitba u għażliet editorjali ta' Kit Azzopardi, muntaġġ ta' Nadine Mizzi, qari tal-provi ta' Daniela Attard Bezzina u Dorianne Bartolo, u preżentazzjoni u vuċijiet ta' Mariele Zammit u Dorothy Bezzina.

It-tim ta’ Ilsienna jixtieq jirringrazzja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-appoġġ kontinwu tiegħu, u lid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti tal-pariri siewja tagħhom. Dawn il-filmati qegħdin jittellgħu bil-kundizzjoni li ma jintużawx għal finijiet kummerċjali. Il-filmati ttellgħu fuq YouTube u fuq malti.mt grazzi lill-PBS, speċjalment lil Frans Lia u Dr Mark Sammut, u lid-Dipartiment tal-Malti, speċjalment lil Dr Michael Spagnol, Saviour Agius, Dorianne Bartolo, Maria Bellia, u Mattea De Marco, b'kordinazzjoni ta' Kit Azzopardi.

Ilsienna is a television programme featuring interviews with language experts and speakers of Maltese from various walks of life and which was aired on TVM from 2019 till 2023. Its encyclopaedic format serves both as a documentary source as well as an educational resource revolving around the themes of folklore; language and its history; literature; the arts and creativity; and education.

Ilsienna is a TVM programme with executive production of iVision Media House, with technical direction and production of Alan Paul Mizzi, scripting and editorial choices by Kit Azzopardi, editing by Nadine Mizzi, proofreading by Daniela Attard Bezzina and Dorianne Bartolo, and presented and voiced by Mariele Zammit and Dorothy Bezzina.

The team behind Ilsienna would like to thank the National Literacy Agency for their continued support as well as the Department of Maltese within the Faculty of Arts (UM) and the National Council for the Maltese Language for their invaluable advice. This resource is being uploaded on the condition that the videos are not used for commercial purposes. The videos have been uploaded to YouTube and malti.mt thanks to PBS, especially Frans Lia and Dr Mark Sammut, and the Department of Maltese, especially Dr Michael Spagnol, Saviour Agius, Dorianne Bartolo, Maria Bellia, and Mattea De Marco, with the coordination of Kit Azzopardi.

Sena Titlu Tema Kelliema Mistednin YouTube Dettalji