Teżijiet

Teżijiet

Il-proġett tad-Dipartiment tal-Malti fuq It-Tradizzjoni Orali beda fl-2016 bil-għan li jiġbor il-materjal, jiddokumenta l-istudji, u jistimula r-riċerka dwar l-oralità bil-Malti. Dan il-qasam iħaddan il-ħrejjef, il-leġġendi, l-għana, il-qwiel, it-taqbil tat-tfal, iċ-ċajt u l-logħob bil-kliem, il-versi tas-superstizzjoni, il-lingwaġġ tas-snajja', l-ismijiet tal-postijiet u l-laqmijiet, u wirt ieħor li jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra bil-fomm. B’mod regolari norganizzaw taħditiet u seminars pubbliċi bis-sehem ta' riċerkaturi Maltin u barranin, stabbiliti u ġodda, u nagħmlu intervisti ma’ studjużi ewlenin f’dan il-qasam u ma’ nies li jaqsmu l-wirt u r-rakkonti tagħhom. F'dan is-sit issibu l-biblijografiji tar-riċerkaturi ewlenin tat-Tradizzjoni Orali Maltija, katalgu tematiku tal-oqsma mistħarrġa, u għadd ta’ riżorsi stampati u awdjoviżivi. L-attivitajiet u ħafna mill-materjal jittellgħu wkoll fuq il-paġna ta’ Facebook It-Tradizzjoni Orali. Dan il-proġett għandu l-appoġġ tar-Research Seed Fund tal-Università ta’ Malta u tal-Klabb Kotba Maltin.